This is an unofficial translation of the GNU Lesser General Public License into Maltese. It was not published by the Free Software Foundation, and does not legally state the distribution terms for software that uses the GNU LGPL--only the original English text of the GNU LGPL does that. However, we hope that this translation will help Maltese speakers understand the GNU LGPL better.


Din hi traduzzjoni mhux uffiċjali tal-GNU Lesser General Public License bil-Malti. Din ma kinitx ippubblikata mill-Free Software Foundation, u ma tiddeterminax it-termini ta' distribuzzjoni għas-software li juża l-GNU LGPL; it-test Ingliż oriġinali tal-GNU LGPL biss jiddetermina dawn it-termini. Madankollu, aħna nisperaw li din it-traduzzjoni tgħin lill-Maltin jifhmu aħjar il-GNU LGPL.


GNU LIĊENZJA PUBBLIKA ĠENERALI INFERJURI


Verżjoni 3, 29 ta’ Ġunju 2007

Dritt ta’ l-Awtur (C) 2007 Free Software Foundation, Inc.


Kulħadd għandu d-dritt li jikkopja u jqassam kopji verbatim ta’ dan id-dokument ta’ liċenzja, iżda mhux permess li jiġi mibdul.
Din il-verżjoni tal-GNU Liċenzja Pubblika Ġenerali Inferjuri tinkorpora t-termini u l-kundizzjonijiet tal-verżjoni 3 tal-GNU Liċenzja Pubblika Ġenerali, issupplimentata bil-permessi addizzjonali elenkati hawn taħt.

0. Definizzjonijiet addizzjonali
Kif użat hawn taħt, “din il-Liċenzja” tirreferi għall-verżjoni 3 tal-GNU Liċenzja Pubblika Ġenerali Inferjuri, u l-“GNU GPL” tirreferi għall-verżjoni 3 tal-GNU Liċenzja Pubblika Ġenerali.
“Il-Librerija” tirreferi għal xogħol koprut li jaqa’ taħt din il-Liċenzja, ħlief għal Applikazzjoni jew Ħidma Konġunta kif definit hawn taħt.
“Applikazzjoni” hija kull xogħol li jagħmel użu minn interfejs provdut mil-Librerija, iżda li madankollu mhux ibbażat fuq il-Librerija. Id-definizzjoni ta’ sub-klassi ta’ klassi definita mil-Librerija hija meqjusa bħala mod ta’ kif jintuża interfejs provdut mil-Librerija.
“Ħidma konġunta” hija ħidma prodotta billi jingħaqdu jew jintrabtu flimkien Applikazzjoni mal-Librerija. Il-verżjoni partikolari tal-Librerija li magħha saret il-Ħidma Konġunta hija msejħa wkoll il-“Verżjoni Marbuta”.
Is-“Sors Korrispondenti Minimu” għal Ħidma Konġunta jfisser is-Sors Korrispondenti għal Ħidma Konġunta, eskluż kull kodiċi tas-sors għall-partijiet tal-Ħidma Konġunta li, ikkunsidrati waħidhom, huma bbażati fuq l-Applikazzjoni, u mhux fuq il-Verżjoni Marbuta.
Il-“Kodiċi Korrispondenti ta’ l-Applikazzjoni” għal Ħidma Konġunta jfisser l-object code u/jew il-kodiċi tas-sors għall-Applikazzjoni, inkluża kull data jew programmi ta’ utilità meħtieġa għar-riproduzzjoni tal-Ħidma Konġunta mill-Applikazzjoni, iżda bl-esklużjoni tal-Libreriji tas-Sistema tal-Ħidma Konġunta.

1. Eċċezzjoni għal Sezzjoni 3 ta’ GNU GPL.
Tista’ tippreżenta ħidma konġunta taħt is-sezzjonijiet 3 u 4 ta’ din il-Liċenzja mingħajr ma tkun marbut mis-sezzjoni 3 tal-GNU GPL.

2. Il-Preżentazzjoni ta’ Verżjonijiet Modifikati.
Jekk timmodifika kopja tal-Librerija, u, fil-modifiki tiegħek, hemm faċilità li tirreferi għal funzjoni jew data li trid tiġi provduta minn Applikazzjoni li tuża l-faċilità (b’mod differenti milli bħala argument mgħoddi meta tiġi invokata l-faċilità), hemmhekk tista’ tippreżenta kopja tal-verżjoni modifikata:

• a) taħt din il-Liċenzja, sakemm twettaq sforz ġenwin biex tiżgura li, fil-każ li l-Applikazzjoni ma tipprovdix il-funzjoni jew id-data, il-faċilità xorta taħdem, u twettaq kwalukwe parti mill-iskop tagħha li jkun għadu jagħmel sens, jew

• b) taħt il-GNU GPL, mingħajr ebda mill-permessi addizzjonali ta’ din il-Liċenzja applikabbli għal dik il-kopja.

3. Materjal li jinkorpora l-Object Code mill-Header Files tal-Librerija
Il-forma ta’ l-object code ta’ Applikazzjoni tista’ tinkludi xi materjal minn header file li hu parti mil-Librerija. Int tista’ tippreżenta tali object code taħt it-termini ta’ l-għażla tiegħek, sakemm, jekk il-materjal inkorporat mhux limitat għal parametri numeriċi, it-tqassim ta’ l-istrutturi u l-accessors tad-data, jew makros żgħar, funzjonijiet inline u templates (tul ta’ għaxar linji jew anqas), int timplimenta ż-żewġ affarijiet li ġejjin:

• a) Tipprovdi avviż prominenti ma’ kull kopja ta’ l-object code li qed tintuża l-Librerija fih u li l-Librerija u l-użu tagħha huma kopruti minn din il-Liċenzja.

• b) Takkumpanja l-object code b’kopja tal-GNU GPL u dan id-dokument ta’ liċenzja.

4. Ħidma Konġunta
Tista’ tippreżenta Ħidma Konġunta taħt it-termini ta’ l-għażla tiegħek li, meħuda flimkien, effettivament ma jirrestrinġux il-modifika ta’ partijiet mil-Librerija inklużi fil-Ħidma Konġunta u l-inġinerija riversa għad-debugging ta’ tali modifiki, jekk tagħmel dan li ġej ukoll:

• a) Tipprovdi avviż prominenti ma’ kull kopja tal-Ħidma Konġunta li qed tintuża l-Librerija fih u li l-Librerija u l-użu tagħha huma kopruti minn din il-Liċenzja.

• b) Takkumpanja l-Ħidma Konġunta b’kopja tal-GNU GPL u dan id-dokument ta’ liċenzja.

• ċ) Għal Ħidma Konġunta li turi avviżi tad-drittijiet ta’ l-awtur waqt l-eżekuzzjoni, tinkludi l-avviż tad-drittijiet ta’ l-awtur għal-Librerija fost dawn l-avviżi, kif ukoll referenza li tindika lill-utent il-kopji tal-GNU GPL u dan id-dokument ta’ liċenzja.

• d) Twettaq waħda minn dawn li ġejjin:

• 0) Tippreżenta s-Sors Korrispondenti Minimu taħt it-termini ta’ din il-Liċenzja, u l-Kodiċi Korrispondenti ta’ l-Applikazzjoni f’forma xierqa għal, u taħt termini li jippermettu lill-utent biex jgħaqqad jew jerġa’ jorbot l-Applikazzjoni ma’ verżjoni modifikata tal-Verżjoni Marbuta biex jipproduċi Ħidma Konġunta, bil-mod kif speċifikat fis-sezzjoni 6 tal-GNU GPL għall-preżentazzjoni tas-Sors Korrispondenti.

• 1) Tuża mekkaniżmu xieraq għal librerija maqsuma biex tipprovdi link mal-Librerija. Mekkaniżmu xieraq huwa wieħed li (a) waqt ir-run time juża kopja tal-Librerija li diġà hi preżenti fuq is-sistema tal-kompjuter ta’ l-utent, u (b) topera kif mistenni b’verżjoni modifikata tal-Librerija li għandha interfejs kompattibbli mal-Verżjoni Marbuta.

• e) Tipprovdi Informazzjoni dwar l-Installazzjoni, iżda dan jgħodd biss jekk int tkun meħtieġ tipprovdi tali informazzjoni taħt sezzjoni 6 tal-GNU GPL, u biss sal-punt li din l-informazzjoni hija neċessarja għall-installazzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ verżjoni modifikata ta’ Ħidma Konġunta li ġiet prodotta billi ġiet magħquda jew marbuta mill-ġdid l-Applikazzjoni ma’ verżjoni modifikata tal-Verżjoni Marbuta. (Jekk tuża l-opzjoni 4d0), l-Informazzjoni dwar l-Installazzjoni għandha takkumpanja s-Sors Korrispondenti Minimu u l-Kodiċi Korrispondenti ta’ l-Applikazzjoni. Jekk tuża l-opzjoni 4d1, għandek tipprovdi l-Informazzjoni dwar l-Installazzjoni bil-mod kif speċifikat f’sezzjoni 6 tal-GNU GPL għall-preżentazzjoni tas-Sors Korrispondenti.

5. Libreriji Konġunti.
Tista’ tpoġġi faċilitajiet ta’ librerija li huma ħidma bbażata fuq Librerija li topera fl-istess ħin f’liberija singola flimkien ma’ faċilitajiet oħra ta’ librerija li mhumiex Applikazzjonijiet u mhumiex kopruti minn din il-Liċenzja, u tippreżenta tali librerija konġunta taħt it-termini ta’ l-għażla tiegħek, jekk twettaq dawn it-tnejn li ġejjin:

• a) Takkumpanja l-liberija konġunta ma’ kopja ta’ l-istess ħidma bbażata fuq il-Librerija, u tispjega fejn wieħed jista’ jsib il-forma mhux konġunta li takkumpanja l-istess ħidma.

• b) Tagħti avviż prominenti mal-librerija konġunta li parti minnha hu ħidma bbażata fuq il-Librerija, u tispjega fejn wieħed jista’ jsib il-forma mhux konġunta li takkumpanja l-istess ħidma.

6. Verżjonijiet Riveduti tal-GNU Liċenzja Pubblika Ġenerali Inferjuri.
Il-Free Software Foundation tista’ tippubblika verżjonijiet riveduti u/jew ġodda tal-GNU Liċenzja Pubblika Ġeneral Inferjuri minn żmien għal żmien. Dawn il-verżjonijiet ġodda se jkunu simili fl-ispirtu tagħhom għall-verżjoni preżenti, iżda jistgħu jvarjaw fid-dettall biex jindirizzaw problemi jew sitwazzjonijiet ġodda.
Kull verżjoni għandha numru speċifiku tal-verżjoni. Jekk il-Librerija kif irċivejtha int tispeċifika li għaliha huwa applikabbli ċertu numru tal-verżjoni tal-GNU Liċenzja Pubblika Ġenerali Inferjuri jew “kull verżjoni aktar riċenti”, għandek l-opzjoni li ssegwi t-termini u l-kundizzjonijiet jew tal-verżjoni ppubblikata jew ta’ verżjoni aktar riċenti ppubblikata mill-Free Software Foundation. Jekk il-Librerija kif irċivejtha tispeċifika li parti terza tista’ tiddeċiedi jekk verżjonijiet futuri tal-GNU Liċenzja Pubblika Ġenerali Inferjuri għandhomx japplikaw, id-dikjarazzjoni pubblika ta’ dik il-parti terza ta’ l-aċċettazzjoni ta’ kull verżjoni hija awtorizzazzjoni permanenti għalik biex tagħżel dik il-verżjoni għal-Librerija.



Source:http://www.gnu.org/licenses/lgpl.html
Return to the GNU Project home page.
GNU General Public License

Dexsun home